Mur għall-kontenut ewlieni
Public Health

Riċerka, Proġetti u Studji

Bħalissa l-UE tiffinanzja numru kbir ta’ proġetti ta’ riċerka li jindirizzaw il-mard infettiv (ID), li ħafna minnhom huma rilevanti għall-problema tar-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR), peress li din iddgħajjef serjament il-kapaċità tagħna li nittrattaw mard infettiv. Il-programm Orizzont 2020 investa aktar minn €2.3 biljun fl-ID u fir-riċerka dwar l-AMR, minbarra li dawn l-investimenti jsiru permezz tal-programm tas-Saħħa tal-UE. Dawk il-proġetti ffinanzjati mill-UE jistgħu jitqiesu fl-inventarju tal-Global AMR R&D Hub li l-Kummissjoni hi wieħed mill-membri fundaturi tiegħu.

L-appoġġ finanzjarju pprovdut permezz ta’ Orizzont 2020 jippermetti lir-riċerkaturi jindirizzaw il-problema globali tal-AMR fil-bosta aspetti tagħha. Dan jinkludi pereżempju l-iżvilupp ta’ approċċi ġodda għall-ġestjoni klinika u l-prevenzjoni ta’ infezzjonijiet batteriċi reżistenti f’ambjenti ta’ prevalenza għolja u l-istabbiliment ta’ network sostenibbli madwar l-Ewropa kollha għal studji armonizzati ta’ riċerka klinika fuq skala kbira għall-mard infettiv.

Il-Kummissjoni tiffinanzja wkoll ir-riċerka dwar l-AMR billi tingħaqad mal-industrija jew mal-Istati Membri tagħha. Eżempji ta’ dan huma l-programm Aċċelleratur tal-AMR tal-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi (IMI) li waħdu għandu baġit ta’ €480 miljun, u l-Inizjattiva ta’ Programmazzjoni Konġunta dwar l-AMR (JPIAMR) appoġġjata minn finanzjament tal-UE li tikkoordina l-finanzjament nazzjonali għar-riċerka u tappoġġja azzjoni kollaborattiva biex jimtlew il-lakuni fl-għarfien dwar l-AMR b’perspettiva ta’ Saħħa Waħda. Il-JPIAMR tinkludi wkoll Istitut tar-Riċerka Virtwali (JPIAMR-VRI), pjattaforma li għandha l-għan li żżid il-koordinazzjoni tar-riċerka dwar l-AMR, ittejjeb il-viżibbiltà tan-networks tar-riċerka dwar l-AMR, l-istituti/ċentri u l-infrastrutturi li jwettqu r-riċerka, u tiffaċilita l-iskambju tal-għarfien u l-iżvilupp tal-kapaċità madwar id-dinja.

Fl-2021 ir-riċerka dwar l-AMR ingħatat impetu ġdid.

L-ewwel nett, bit-tnedija tal-programm qafas il-ġdid għar-riċerka Orizzont Ewropa, li se jipprovdi opportunitajiet u sħubijiet ġodda ta’ finanzjament li fihom il-Kummissjoni se tingħaqad mal-Istati Membri tagħha biex tiffinanzja r-riċerka dwar l-AMR b’perspettiva ta’ Saħħa Waħda kif ukoll is-saħħa u l-benessri tal-annimali.

It-tieni, bl-istabbiliment tal-programm L-UE għas-Saħħa li se jinvesti f’azzjonijiet b’valur miżjud tal-UE li għandhom l-għan li jtejbu s-saħħa, jindirizzaw it-theddid transfruntier għas-saħħa, itejbu l-prodotti mediċinali, u jsaħħu s-sistemi tas-saħħa.

It-tielet, bil-bidu ta’ fażi tranżizzjonali għall-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) l-ġdida li se ssir kompletament operattiva sal-bidu tal-2022. Din l-awtorità se ssaħħaħ il-kapaċità tal-Ewropa li tipprevjeni, tidentifika u tirrispondi malajr għal emerġenzi tas-saħħa transfruntieri u tippromwovi r-riċerka u l-innovazzjoni biex tiżviluppa kontromiżuri mediċi effettivi, sikuri u affordabbli. L-AMR hi waħda mit-theddidiet għas-saħħa li għandha tiġi indirizzata mill-HERA.

Infografika u skedi informattivi

UE

SĦAB

Videos u Multimedia

UE

SĦAB