L-UE tipprovdi appoġġ finanzjarju biex tgħin lill-Istati Membri jtejbu s-sistemi tas-saħħa diġitali tagħhom. Huma disponibbli diversi programmi ta’ finanzjament tal-UE, li joffru riżorsi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-inizjattivi tas-saħħa diġitali: il-programm l-UE għas-saħħa, il-programm Ewropa diġitali, il-faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-Orizzont Ewropa, l-istrument ta’ appoġġ tekniku, il-faċilità għall-irkupru u r-reżiljenza (RRF), il-programm ta’ appoġġ għal riformi strutturali, il-Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (ERDF), u l-Fond għal tranżizzjoni ġusta.
Ħarsa ġenerali lejn il-programmi ta' finanzjament
- ġie adottat b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, li wriet il-fraġilità tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali, kif ukoll biex isaħħaħ it-tħejjija għall-kriżijiet fl-UE
- se jgħin biex jingħelbu l-isfidi tas-saħħa fit-tul billi jibni sistemi tas-saħħa aktar b’saħħithom, reżiljenti u aċċessibbli
- hu appoġġ finanzjarju tal-UE li m’hawnx bħalu fil-qafas tas-saħħa b’baġit ta’ €4.4 biljun għall-QFP 2021-2027
- hu messaġġ ċar li s-saħħa pubblika hi prijorità għall-UE u hu wieħed mill-istrumenti ewlenin biex titwitta t-triq għal Unjoni Ewropea tas-saħħa.
- jiffinanzja proġetti fis-supercomputing, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà, il-ħiliet diġitali avvanzati, u l-użu mifrux ta’ teknoloġiji diġitali fl-ekonomija u fis-soċjetà
- imfassal biex inaqqas id-distakk bejn ir-riċerka fit-teknoloġija diġitali u l-użu fis-suq
- igawdu minnu ċ-ċittadini u n-negozji Ewropej, speċjalment l-SMEs
- jappoġġa l-objettivi doppji tal-Unjoni Ewropea għal tranżizzjoni ekoloġika u trasformazzjoni diġitali filwaqt li jissaħħu r-reżiljenza u s-sovranità diġitali tal-UE.
Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa:
- imfassla biex tappoġġa proġetti ta’ infrastruttura fis-setturi diġitali, tat-trasport u tal-enerġija
- tinkludi l-fergħa Qasam diġitali tal-FNE, li l-għan tagħha hu l-ingranaġġ tal-investimenti pubbliċi u privati fl-infrastruttura tal-konnettività diġitali ta’ interess Ewropew komuni.
Orizzont Ewropa:
- hu programm ta’ finanzjament ewlieni għar-riċerka u l-innovazzjoni
- jinkludi l-Ġabra 1: Saħħa, li l-għan tagħha hu:
- it-titjib u l-protezzjoni tas-saħħa u l-benessri taċ-ċittadini bl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi
- l-iżvilupp ta’ teknoloġiji tas-saħħa, il-mitigazzjoni tar-riskji tas-saħħa, il-protezzjoni tal-popolazzjonijiet u l-promozzjoni ta’ saħħa tajba u benesseri ġenerali u fuq ix-xogħol
- li s-sistemi tas-saħħa pubblika jsiru aktar kosteffettivi, ekwi u sostenibbli
Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF):
- hi strument temporanju fil-qofol tan-NextGenerationEU, li hu l-pjan tal-UE biex toħroġ aktar b’saħħitha u reżiljenti mill-kriżi tal-COVID-19
- għandha l-għan li l-ekonomiji u s-soċjetajiet isiru aktar sostenibbli, reżiljenti u mħejjija għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, skont il-prijoritajiet tal-UE
- tindirizza l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż skont il-qafas tas-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u soċjali.
Il-fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR):
- imfassal biex isaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE
- għandu l-għan li jikkoreġi l-iżbilanċi bejn ir-reġjuni ħalli jkunu possibbli investimenti f’Ewropa aktar intelliġenti, ekoloġika, konnessa u soċjali li tkun eqreb iċ-ċittadini tagħha
- jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex ikun hemm aċċess ekwu għall-kura tas-saħħa
Appoġġ tal-UE għall-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-ispazju Ewropew tad-data dwar is-saħħa
L-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea se jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-EHDS b’fondi u strumenti differenti tal-UE:
- L-Istati Membri qablu fuq baġit ta’ € 14-il biljun għall-investimenti fis-saħħa diġitali fil-kuntest tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF).
- Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FERŻ) u InvestEU joffru aktar opportunitajiet għall-investiment.
- Il-Kummissjoni se tipprovdi aktar minn €810 miljun: €280 miljun taħt il-Programm l-UE għas-saħħa u l-bqija permezz tal-Programm Ewropa Diġitali, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u Orizzont Ewropa.

B’kollox, f’10 snin l-EHDS mistenni jiffranka lill-UE madwar €11-il biljun:
- €5.5 biljun bis-saħħa ta’ aċċess aħjar għad-data dwar is-saħħa u l-iskambju tagħha fil-kura tas-saħħa
- €5.4 biljun minħabba użu aħjar tad-data dwar is-saħħa għar-riċerka, l-innovazzjoni u t-tfassil tal-politika





