Il-piż tal-mard kroniku hu kbir immens: 86% tal-imwiet kollha, jew 4 miljun mewt fis-sena, huma relatati ma' mard kroniku fl-Ewropa.
Il-mard kroniku jiżviluppa bil-mod, idum ħafna żmien u ħafna drabi m'hemmx fejqan għalih. Jikkawża sofferenza umana kbira u hu ta' piż enormi fuq is-sistemi tas-saħħa wkoll. 70% sa 80% tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa fl-UE kollha - stmati għal €700 biljun - bħalissa jintefqu fuq il-mard kroniku. Barra minn hekk, il-mard kroniku jwaqqaf kompletament ħafna nies milli jkomplu jaħdmu u kwart ta' dawk kollha li jaħdmu - 23.5% - isofru minn kundizzjoni kronika. L-assenteiżmu relatat mal-mard, minħabba dan, jiswa lill-UE ammont stmat għal 2.5% tal-PDG fis-sena.
Iżda għalkemm id-djanjosi hi skoraġġanti, m'hemmx għalfejn li l-pronjożi tkun daqstant skoraġġanti. Ħafna mard kroniku, bħall-mard kardjovaskulari u d-dijabete ta' tip 2, jista' jiġi evitat b'għażliet ta' stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa, u mar
Related Documents
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 25 Frar 2016
- Awtur
- Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari