Kif qed jintefqu l-flus tal-kontribwenti Ewropej fis-settur tas-saħħa? B’appoġġ mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), l-investimenti fis-saħħa fl-2014-2020 se jkunu determinati mir-riżultati u bbażati fuq il-ħtiġijiet. Dawn il-fondi huma maħsuba biex ikunu ta' għajnuna ħalli jitnaqqsu l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa u sabiex ikun aktar faċli għaċ-ċittadini kollha tal-UE li jkollhom aċċess għal kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja. Fil-qosor, biex jipprovdu servizzi ta’ kura tas-saħħa aħjar u aktar ġusti għal kulħadd.
L-investimenti fis-saħħa, appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew, se jiġu assenjati għal elementi speċifiċi bħalma huma t-tisħiħ tal-kura primarja u l-kura bbażata fil-komunità, il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, il-programmi għal anzjanità attiva u b’saħħitha, taħriġ mediku kontinwu u s-saħħa elettronika.
Related Documents
- Data tal-pubblikazzjoni
- 26 Novembru 2015
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari