Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Public Health

Edizzjoni speċjali - Il-Kumitati Xjentifiċi

  • Avviż tal-aħbarijiet
  • 24 Ġunju 2016
  • Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari
  • 1 min qari

Fl-aħħar ta’ April ġiet inawgurata ġenerazzjoni ġdida ta’ membri tal-kumitati xjentifiċi indipendenti tal-Kummissjoni Ewropea. Ninsab kuntent li jiena preżenti f’din l-okkażjoni u li qed nilqa' l-esperti li fil-ħames snin li ġejjin se jgħinu lill-Kummissjoni tagħmel deċiżjonijiet politiċi bbażati fuq evidenza fl-oqsma tas-saħħa, l-ambjent u s-sikurezza tal-konsumatur. Fi żmien meta t-teħid tad-deċiżjoni bażat fuq ix-xjenza ta’ spiss jitpoġġa f’riskju, ma nistax nenfasizza biżżejjed xi rwol importanti għandhom l-esperti moħbija wara l-ismijiet tal-Kumitati: huma dawk li jaħdmu, li jagħmlu r-riċerka bir-reqqa, u li jiżguraw li l-konklużjonijiet jiġu riveduti, iċċekkjati u sostnuti b’evidenza.

Biex tittejjeb l-effiċjenza u tiġi evitata d-duplikazzjoni, dan il-mument ukoll immarka bidla fl-istruttura: dak li kien il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa u l-Ambjent u dak li kien il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji Emerġenti g

Related Documents

Data tal-pubblikazzjoni
24 Ġunju 2016
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari