Miljuni ta’ ċittadini tal-UE jafu s-sopravivenza u l-kwalità tal-ħajja tagħhom għat-trasfużjonijiet tad-demm, it-trapjant ta’ organi, it-tessuti u ċ-ċelloli bħal dawk tal-mudullun jew tal-kornea, jew għall-użu ta’ gamiti mogħtija għal riproduzzjoni assistita, kollha magħmula possibbli permezz ta’ donazzjonijiet ġenerużi li saru minn oħrajn. Filwaqt li dawn il-benefiċċji huma magħrufa sewwa, il-professjonisti fil-qasam tas-sustanzi ta’ oriġini umana huma wkoll konxji mill-importanza tal-iżgurar li kwalunkwe riskju assoċjat mal-użu kliniku ta’ dawn is-sustanzi jiġi mminimizzat u mmonitorjat. Mill-2002 'l hawn, l-UE rregolat dan il-qasam permezz ta’ serje ta’ direttivi li għandhom l-għan li jiżguraw is-sikurezza u l-kwalità.
Il-viġilanza, mil-Latin "vigilare" - tibqa' mqajjem/alert – hi element ewlieni tal-qafas ta' ħidma regolatorja għal sustanzi ta' oriġini umani u programmi ta' viġilanza li jirrapportaw huma meħ
Related Documents
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 13 Ottubru 2016
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari