Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Public Health

Newsletter Saħħa-UE 193 - Fokus

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà: Żgħażagħ fl-Azzjoni għas-Saħħa!

"Is-solidarjetà hi l-kolla li żżomm l-Unjoni tagħna magħquda" - il-President Jean-Claude Juncker (14 ta’ Settembru 2016)

Editorjal minn Vytenis Andriukaitis,
il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari

L-Unjoni Ewropea minn dejjem ħeġġet liż-żgħażagħ biex jimpenjaw u jinvolvu ruħhom attivament biex jgħinu lill-oħrajn. Issa, permezz tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, hija qed toffri liż-żgħażagħ Ewropej minn 18 sa 30 sena l-opportunità li jagħmlu differenza reali fil-ħajja tan-nies.

Fis-7 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Minn dakinhar ’l hawn, irreġistraw aktar minn 25,000 żagħżugħ u diġà qed iseħħu l-ewwel kollokamenti.

Bil-mira ambizzjuża ta’ 100,000 kollokament sal-2020, irridu nilħqu u ninvolvu ħafna NGOs, awtoritajiet tal-Istati Membri u atturi oħrajn biex noffru kollokamenti ta’ volontarjat, traineeships jew impjiegi ta’ kwalità. Qed inħeġġu ġenerazzjoni ġdida biex ittejjeb il-ħiliet tagħha u trawwem is-solidarjetà fl-Ewropa f’ambjent sikur u supervizzat.

Fl-istess ħin, hu importanti li niżguraw li din l-inizjattiva tisħaq fuq l-inklużjoni u tipprovdi attivitajiet aċċessibbli għaż-żgħażagħ minn kull sfond u b’ħiliet differenti u tilħaq ukoll lil żgħażagħ żvantaġġjati.

Is-saħħa hi parti integrali ta’ din l-inizjattiva. Hemm ħafna modi kif iż-żgħażagħ jista’ jkollhom rwol fi proġetti tas-saħħa, billi jużaw il-ħiliet tagħhom fil-lingwi, il-komunikazzjoni, l-IT jew ħiliet mediċi. Jekk għandek ideat u proġetti li taħseb li jistgħu jipprovdu liż-żgħażagħ tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà b’opportunitajiet biex jitgħallmu u juru solidarjetà, aħna interessati li nisimgħu mingħandek.

Fl-ewwel fażi, il-programmi u l-istrumenti mill-Kummissjoni qed jikkontribwixxu lil: Erasmus+, l-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali; il-programm tal-Ambjent (LIFE); il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, l-Ewropa għaċ-Ċittadini, il-Fond Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Programm dwar is-Saħħa. Għat-tieni fażi, qed titħejja bażi legali separata.

Kulħadd għandu jkun kburi li jgħin lill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jagħmel l-ewwel passi u jilħaq il-komunitajiet fl-UE. Bħala riflessjoni tal-valuri u l-prinċipji komuni tagħna, bħala prova ħajja tas-solidarjetà u l-kumpassjoni li tirrappreżenta l-Ewropa, il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà se jkun fattur distintiv tal-Unjoni Ewropea. Ingħaqad magħna!

Attivitajiet fil-livell tal-UE

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà

Il-Portal Għaż-Żgħażagħ Ewropej

Aħbarijiet

Ikseb it-tweġibiet għall-mistoqsijiet tiegħek dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Min jista’ jingħaqad u x’jiġri wara li tirreġistra fil-Korp? Ikseb it-tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet u mistoqsijiet frekwenti oħrajn hawnhekk.

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà: Kif tipparteċipa bħala organizzazzjoni?

L-organizzazzjonijiet għandhom rwol vitali fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà billi joffru kollokamenti liż-żgħażagħ irreġistrati fil-Korp. L-organizzazzjonijiet li jixtiequ jipparteċipaw jistgħu japplikaw għal finanzjament permezz ta’ programmi eżistenti ta’ finanzjament tal-UE.

Links interessanti oħrajn