Mur għall-kontenut ewlieni
Public Health

Newsletter Saħħa-UE 241 - Fokus

Magna tal-ħolm – Il-Programm tas-Saħħa tal-UE jibdel l-ideat f’azzjonijiet li jkunu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini tal-UE

Il-Kummissarju tas-Saħħa Vytenis Andriukaitis jitkellem magħna dwar it-Tielet Programm tas-Saħħa tal-UE, bi tħejjija għall-Konferenza ta’ Livell Għoli dwar il-Programm li se ssir fi Brussell fit-30 ta’ Settembru 2019.

X’inhu l-Programm tas-Saħħa tal-UE?

Il-Programm tas-Saħħa huwa strument ta’ finanzjament li jappoġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tas-saħħa u jħeġġeġ l-innovazzjoni fis-saħħa. Iżda meta nsejħulu strument ta’ finanzjament ma nkunux qegħdin inkunu verament ġusti miegħu f'dak li jfisser għalina – jista' jiġi definit aħjar bħala servizz essenzjali. Il-Programm tas-Saħħa jappoġġja lill-awtoritajiet nazzjonali u lill-atturi tas-saħħa biex jgħinu liċ-ċittadini ma jsirux “pazjenti” permezz tal-prevenzjoni tas-saħħa u l-promozzjoni u l-protezzjoni tas-saħħa. Dan jappoġġja lin-Networks Ewropej ta’ Referenza biex jgħinu lin-nies b’mard rari biex jieħdu d-dijanjożi u l-kura li għandhom bżonn, u jipproteġi lilna lkoll billi jappoġġja s-sorveljanza fil-punti tad-dħul u l-identifikazzjoni rapida ta’ patoġeni rari.

Il-Programm jgħin ukoll lill-Istati Membri – jikkoffinanzja l-interventi tas-saħħa pubblika u l-inizjattivi ġodda fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, sabiex l-ideat tajbin jistgħu jinbidlu fi prattiki tajba u mbagħad dawk il-prattiki tajbin jistgħu jiġu kondiviżi fl-Ewropa kollha.

Kif jaħdem?

It-Tielet Programm tas-Saħħa (2014-2020) għamel €449.4 miljun disponibbli għal aktar minn 7,300 organizzazzjoni, bħall-awtoritajiet tal-Istati Membri, l-akkademja, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. S’issa ġew iffinanzjati aktar minn 350 azzjoni permezz ta’ għotjiet u offerti; il-finanzjament b’għotjiet huwa ġeneralment finanzjament konġunt, bil-Kummissjoni tkopri l-parti l-kbira tal-ispejjeż globali. Il-programm huwa ġestit mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel tal-Kummissjoni u huwa miftuħ għal organizzazzjonijiet fil-pajjiżi kollha tal-UE, kif ukoll fil-Bożnija-Ħerzegovina, l-Iżlanda, il-Moldova, in-Norveġja u s-Serbja.

X’wettaq?

Ħadt gost li staqsejt! Parti mir-raġuni għalfejn għandna din il-konferenza hija biex nuru wħud mill-istejjer ta’ suċċess kofinanzjati mit-Tielet Programm tas-Saħħa f’diversi oqsma bħall-prevenzjoni tal-mard, is-sistemi tas-saħħa, it-theddid għas-saħħa u l-informazzjoni dwar is-saħħa. Inkisbu riżultati tanġibbli f’ħafna oqsma, bħal żgurajana li t-tagħmir mediku bħal ultrasound u magni tal-MRI, kateters u cardiac pace makers ikunu sikuri matul il-perjodi tal-użu tagħhom, issaħħet il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim u jiġi kkontrollat l-użu tat-tabakk, li huwa l-kawża ewlenija ta’ mewt li tista’ tiġi evitata.
Kif tista’ tara, l-attivitajiet appoġġjati mill-Programm tas-Saħħa huma differenti, iżda kollha jikkontribwixxu biex jilħqu wieħed mill-erba’ objettivi ewlenin: 1. li jippromwovi s-saħħa, li jevita l-mard u li jrawwem ambjenti li jappoġġjaw stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa; 2. li jipproteġi ċ-ċittadini minn theddidiet transfruntieri serji fuq is-saħħa: 3. li jagħti kontribut għal sistemi tas-saħħa innovattivi effiċjenti u sostenibbli; 4. li jiffaċilita l-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura għaċ-ċittadini tal-Unjoni.

X’jiġri wara li jintemm it-Tielet Programm tas-Saħħa fl-2020?

Bħala Kummissarju Ewropew għas-Saħħa, qed naħdem ħafna biex niżgura li jkun hemm dimensjoni tas-saħħa b’saħħitha fil-baġit futur tal-UE għall-2021-2027. Jeħtieġ li nkomplu ninvestu fin-nies u nippromwovu l-opportunitajiet indaqs, il-protezzjoni soċjali u l-inklużjoni. Meta nagħmlu dan, aħna se nikkontribwixxu għas-saħħa f’ħafna modi, mill-ġlieda kontra l-kanċer għat-titjib fit-tħejjija għall-kriżijiet. Is-saħħa tajba għandha tkun il-bażi li fuqha jinbena kollox, inklużi l-ekonomiji tagħna u s-sigurtà tagħna. Irrispettivament minn dak li jġib miegħu l-futur, nistgħu nilqgħuh biss b’fiduċja jekk inkunu f’saħħa tajba.

Attivitajiet fil-livell tal-UE

Il-Programm tas-Saħħa tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea – Is-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari

Il-Programm tas-Saħħa tal-UE

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura, l-Ambjent u l-Ikel

Aħbarijiet

Fit-30 ta’ Settembru 2019 se ssir konferenza ta’ livell għoli dwar il-Programm tas-Saħħa tal-UE

Il-Konferenza se tenfasizza r-riżultati tal-Programmi tas-Saħħa attwali u preċedenti tal-UE u se tippreżenta l-approċċ il-ġdid fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali futur għall-2021-2027. Il-Kummissarju tal-UE għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, Vytenis Andriukaitis jospita l-attività.

Ara l-Konferenza tal-Programm tas-Saħħa tal-UE ta’ Livell Għoli bil-webstreaming

Ara xandira diretta tal-avveniment, jew sib ir-reġistrazzjoni tal-avveniment f’dan il-link ftit wara.

Aqsam is-suċċess tagħhom! Fuljett ġdid jenfasizza Stejjer ta’ Suċċess tal-Programm tas-Saħħa tal-UE

Dan il-fuljett jippreżenta xi proġetti ta’ suċċess partikolari fl-erba’ oqsma taħt il-mira tal-Programm tas-Saħħa – l-appoġġ għal stili ta' ħajja tajbin għas-saħħa, il-protezzjoni liċ-ċittadini minn theddid transkonfinali għas-saħħa, il-kontribut għas-sistemi tas-saħħa u t-titjib tal-aċċess għal kura tas-saħħa aħjar u aktar sikura.

Ara l-video tal-Programm tas-Saħħa tal-UE

Skopri aktar dwar il-Programm tas-Saħħa tal-UE f’dan il-video qasir.

Applika issa! Sejħa għall-Proposti għall-Għotjiet għall-Proġetti miftuħa sal-10 ta’ Ottubru

Is-sejħa għall-Proposti għall-Għotjiet għall-Proġetti tal-Programm tas-Saħħa tal-UE għall-2019 hija għal żewġ tipi ta’ proġetti, dawk li jikkonċernaw ir-reġistri tal-mard għan-Networks Ewropej ta' Referenza u għall-azzjonijiet tal-Partijiet Ikkonċernati biex jimplimentaw il-linji gwida tal-UE dwar l-użu prudenti tal-antimikrobiċi fis-saħħa tal-bniedem.

Sejħa għall-offerti għad-Dispożizzjoni tal-Għażliet u r-Rakkomandazzjonijiet għal Kard tat-Tilqim għaċ-Ċittadini tal-UE miftuħa sal-10 ta’ Ottubru 2019

Abbażi ta’ mmappjar ta’ kards eżistenti ta’ tilqim, il-kuntrattur għandu jiżviluppa, jittestja u jevalwa proposti għal kard tat-tilqim għaċ-ċittadini tal-UE li tqis skedi nazzjonali ta’ tilqim potenzjalment differenti u tissodisfa kriterji oħra.

Skopri aktar dwar il-finanzjament disponibbli tal-UE

Informazzjoni dwar għotjiet, offerti, azzjonijiet konġunti u għotjiet operattivi jinsabu fuq din il-paġna web.

Jew tista’ tirċievi notifika bl-email kull darba li tiġi ppubblikata sejħa ġdida!

Irreġistra mas-sistema ta’ notifika tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumatur, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel u tirċievi email kull darba li tiġi ppubblikata sejħa ġdida, li tagħtik l-ammont massimu ta’ ħin biex twieġeb!

Sib l-espert tal-Punti Fokali Nazzjonali tiegħek għall-Programm tas-Saħħa tal-UE

Il-Punti Fokali Nazzjonali huma l-esperti nazzjonali għall-Programm tas-Saħħa fl-Istati Membri u l-pajjiż parteċipanti. Dawn ir-rappreżentanti jinħatru mill-ministeri nazzjonali tas-saħħa tagħhom.

Tixtieq tipparteċipa fil-Programm tas-Saħħa tal-UE? Skopri aktar hawn!

Il-paġna web tar-“Rokna tal-Benefiċjarju” tipprovdi links għal Gwida għall-Applikanti, informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-proġetti u aktar.

Skedi ta’ informazzjoni jispjegaw xi wħud mill-kwistjonijiet ta’ saħħa indirizzati mill-finanzjament tal-UE

Skopri aktar dwar għaliex l-UE tinvesti f’diversi oqsma relatati mas-saħħa bħas-saħħa elettronika, il-fraġilità, is-sistemi tas-saħħa li qed jevolvu, il-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi u oqsma oħra billi taqra dawn is-sommarji.

Programm ta’ Ħidma tal-2019 tat-Tielet Programm tas-Saħħa tal-UE

Il-Kummissjoni hija meħtieġa tadotta programmi ta’ ħidma annwali biex tistabbilixxi l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu, inkluż l-allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi finanzjarji. Dawn l-azzjonijiet jaqgħu taħt l-erba’ objettivi u t-23 prijorità tematika identifikati fir-Regolament dwar il-Programm.

Aħdem bħala espert

L-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jaħtru esperti esterni biex jassistu fl-evalwazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet, ta’ proġetti u ta’ offerti, u biex jipprovdu opinjonijiet u pariri f’każijiet speċifiċi.