Mur għall-kontenut ewlieni
Public Health

Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi

L-esperti mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u l-Osservatorju Ewropew dwar is-Sistemi u l-Politiki tas-Saħħa (Osservatorju) ħejjew sett ta’ 29 Profil tas-Saħħa tal-Pajjiżi, li jkopru l-Istati Membri kollha tal-UE, kif ukoll l-Iżlanda u n-Norveġja. Il-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi ta’ L-Istat tas-Saħħa fl-UE tfasslu biex ikunu punt uniku ta’ għarfien u informazzjoni dwar is-sistema tas-saħħa tal-pajjiżi, imqiegħdin f’perspettiva ta’ paragun bejn il-pajjiżi tal-UE. Huma riżorsa komprensiva li tkopri l-aħħar sfidi u żviluppi dwar il-politika tas-saħħa f’kull pajjiż.

Kull Profil tas-Saħħa tal-Pajjiż jipprovdi

  • sinteżi qasira tal-istatus tas-saħħa fil-pajjiż
  • id-determinanti tas-saħħa (b’enfasi fuq il-fatturi ta’ riskju tal-imġiba)
  • rendikont tal-organizzazzjoni tas-sistema tas-saħħa
  • analiżi tal-effettività, l-aċċessibbiltà u r-reżiljenza ta’ kull sistema tas-saħħa.

Dan il-qafas kunċettwali huwa bbażat fuq l-objettivi stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti.

Il-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi tal-2021 jirriflettu l-isfidi speċifiċi tas-sistema tas-saħħa fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19. Dawn jipprovdu rendikont analitiku tar-rispons tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali għall-pandemija tal-COVID-19.

Kull fejn kien xieraq, il-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi tal-2021 jorbtu wkoll l-għarfien analitiku ppreżentat fit-test mal-aktar attivitajiet importanti tal-politika tas-saħħa tal-UE li qed jiġu implimentati fil-qafas tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa, bħall-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, l-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa u l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa.

Il-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi huma akkumpanjati minn Rapport ta’ Akkumpanjament.

Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi tal-2021

* Jekk jogħġbok uża l-Internet Explorer jekk tiltaqa’ ma’ problemi biex tiftaħ il-files fil-Google Chrome.

austria_flag.gif

L-Awstrija: Ġermaniż - Ingliż

italy_flag.gif

L-Italja: Taljan - Ingliż

belgium_flag.gif

Il-Belġju: Franċiż - Olandiż - Ingliż

latvia_flag.gif

Il-Latvja: Latvjan - Ingliż

bulgaria_flag.gif

Il-Bulgarija: Bulgaru - Ingliż

lithuania_flag.gif

Il-Litwanja: Litwan - Ingliż

croatia_flag.gif

Il-Kroazja: Kroat - Ingliż

luxembourg_flag.gif

Il-Lussemburgu: Franċiż - Ingliż

cyprus_flag.gif

Ċipru: Grieg - Ingliż

malta_flag.gif

Malta: Ingliż

czechrepublic_flag.gif

Iċ-Ċekja: Ċek - Ingliż

netherlands_flag.gif

In-Netherlands: Olandiż - Ingliż

denmark_flag.gif

Id-Danimarka: Daniż - Ingliż

norway_flag.jpg

In-Norveġja: Norveġiż - Ingliż

estonia_flag.gif

L-Estonja: Estonjan - Ingliż

poland_flag.gif

Il-Polonja: Pollakk - Ingliż

finland_flag.gif

Il-Finlandja: Finlandiż - Ingliż

portugal_flag.gif

Il-Portugall: Portugiż - Ingliż

france_flag.gif

Franza: Franċiż - Ingliż

romania_flag.gif

Ir-Rumanija: Rumen - Ingliż

germany_flag.gif

Il-Ġermanja: Ġermaniż - Ingliż

slovakia_flag.gif

Is-Slovakkja: Slovakk - Ingliż

greece_flag.gif

Il-Greċja: Grieg - Ingliż

slovenia_flag.gif

Is-Slovenja: Sloven - Ingliż

hungary_flag.gif

L-Ungerija: Ungeriż - Ingliż

spain_flag.gif

Spanja: Spanjol - Ingliż

iceland_flag.gif

L-Iżlanda: Iżlandiż - Ingliż

sweden_flag.gif

L-Iżvezja: Żvediż - Ingliż

ireland_flag.gif

L-Irlanda: Ingliż

 

Edizzjonijiet preċedenti