Mur għall-kontenut ewlieni
Public Health

Health at a Glance: Europe

Żviluppat mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, ir-rapport Health at a Glance: Europe jkejjel il-progress lejn sistemi tas-saħħa effettivi, aċċessibbli u reżiljenti. Ir-rapport, ippubblikat kull sentejn, jippreżenta valutazzjoni bilanċjata u deskrittiva tal-pajjiżi kollha tal-UE abbażi ta’ data u indikaturi disponibbli.pubblikament.

L-edizzjoni tal-2022 ta’Health at a Glance: Europe  teżamina l-isfidi ewlenin li l-pajjiżi Ewropej iridu jindirizzaw biex jiżviluppaw sistemi tas-saħħa aktar b’saħħithom u aktar reżiljenti wara l-fażi akuta tal-pandemija tal-COVID-19. Dan jinkludi enfasi speċjali fuq kif il-pandemija affettwat is-saħħa mentali u fiżika taż-żgħażagħ. Ir-rapport jenfasizza l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali biex jiġi evitat li l-pandemija tal-COVID-19 tħalli effetti negattivi fuq ġenerazzjoni sħiħa ta’ żgħażagħ. Din it-tielet edizzjoni ta' Health at a Glance: Europe tivvaluta wkoll it-tfixkil tal-pandemija ta’ firxa wiesgħa ta’ servizzi tas-saħħa għal pazjenti li ma għandhomx COVID, kif ukoll ir-reazzjonijiet ta’ politika li l-pajjiżi Ewropej skjeraw biex itaffu l-konsegwenzi negattivi ta’ dan it-tfixkil. Tindirizza wkoll għadd ta’ fatturi kritiċi ta’ riskju komportamentali u ambjentali li kellhom impatt sinifikanti fuq is-saħħa u l-mortalità tan-nies, filwaqt li tenfasizza l-importanza li ssir aktar enfasi fuq il-prevenzjoni ta’ mard li jittieħed kif ukoll dak li ma jitteħidx.

Health at a Glance: Europe 2022

Edizzjonijiet preċedenti ta’ Health at a Glance: Europe