Mur għall-kontenut ewlieni
Public Health

Immunizzazzjoni fit-tfulija

It-tilqim huwa mod sikur u kosteffettiv għall-ħarsien tan-nies – speċjalment trabi u tfal żgħar – minn ċertu mard infettuż. Il-pajjiżi tal-UE kollha għandhom skeda ta' tilqim, b'rakkomandazzjonijiet dwar liema tilqim għandu jingħata fl-etajiet varji matul it-tfulija.

Minkejja dan, wisq tfal fl-Ewropa jibqgħu mhux imlaqqma u b'hekk jinsabu potenzjalment vulnerabbli għal mard gravi. Iċ-ċavetta għall-prevenzjoni ta’ konsegwenzi serji bħala riżultat, hija li jiġi żgurat li kull komunità hija mhux biss preparata iżda wkoll infurmata tajjeb.

Li jitwarrbu l-miti, il-promozzjoni ta’ argumenti bbażati fuq ix-xjenza u l-iżgurar li l-individwi jifhmu l-importanza tat-tilqim f’kull stadju tal-ħajja huwa kruċjali daqs l-għoti ta’ aċċess ekwu għat-tilqim disponibbli għall-protezzjoni tagħhom.

Intejbu r-rati tat-tilqim tat-tfal fil-livell tal-UE

Wara ftehim dwar il-ħtieġa li tissaħaħ l-immunizzazzjoni fit-tfulija fil-livell tal-UE fil-konklużjonijiet tal-Kunsill 2011 dwar l-immunizzazzjoni fit-tfulija, il-Kummissjoni (flimkien maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini (EMA) qed tappoġġja l-pajjiżi tal-UE billi:

  • Tagħti pariri dwar l-aħjar miżuri matul tixrid tal-mard li jeżisti t-tilqim kontrih
  • Tiffinanzja proġetti għall-Immunizzazzjoni permezz tal-Programm tas-Saħħa
  • Ittejjeb id-data għall-monitoraġġ tal-kopertura tat-tilqim (permezz tan-network EUVAC)
  • Tħeġġeġ l-assoċjazzjonijiet Ewropej ta' professjonisti għall-kura tas-saħħa biex jgħinu jippromwovu l-immunizzazzjoni fit-tfulija mal-ġenituri
  • Tagħti informazzjoni oġġettiva, ibbażata fuq evidenza lill-professjonisti tal-kura tas-saħħa (eż. rapporti ta’ valutazzjoni pubblika Ewropea).