Mur għall-kontenut ewlieni
Public Health

L-oġġetti ttrattati

Ir-Regolament fih dispożizzjonijiet li japplikaw kemm għall-prodotti bijoċidali kif ukoll għal kwalunkwe taħlita jew oġġett (li jaqa’ fid-definizzjoni ta’ “oġġett trattat”) li ġew ittrattati bi prodott bijoċidali jew hemm prodott bijoċidali inkorporat fihom.

B’mod partikolari, it-taħlitiet jew l-oġġetti jistgħu jiġu ttrattati biss b’sustanzi attivi li ġew approvati mill-UE għal dak il-għan. Din hi bidla sinifikanti mill-iskema ta’ qabel, fejn il-taħlitiet jew l-oġġetti importati minn pajjiżi li mhumiex fl-UE setgħu jiġu ttrattati b’sustanzi attivi li ma kinux permessi fl-UE.

It-tikkettar u l-informazzjoni fuq l-oġġetti ttrattati

Dan ir-Regolament jobbliga lill-manifatturi u lill-importaturi ta’ oġġetti ttrattati biex ipoġġu t-tikketti fuqhom meta:

  • Isir klejm li l-artiklu ttrattat fih proprjetajiet bijoċidali; jew
  • Is-sustanza attiva użata biex tittratta l-oġġett kienet approvata suġġett għal dispożizzjonijiet speċifiċi tat-tikkettar għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u tal-ambjent.

It-tikkettar hu obbligatorju wkoll fejn meħtieġ għall-protezzjoni tal-bniedem, tal-annimali u tal-ambjent mir-riskji marbuta mat-trattament bijoċidali.

Ir-Regolament jippermetti lill-konsumaturi li jitolbu l-informazzjoni dwar it-trattament bijoċidali applikat lill-oġġett mill-fornitur. Din l-informazzjoni trid tingħata fi żmien 45 jum, u għandha tkun bla ħlas.

Miżuri tranżitorji

It-test jipprovdi għal għadd ta’ miżuri tranżitorji biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni mis-sistema tad-Direttiva għal dik tar-Regolament, biex l-ECHA tiġi introdotta fil-qafas regolatorju tal-bijoċidi, u biex jiġu ssalvagwardjati d-drittjiet kollha miksuba taħt id-Direttiva.