Skip to main content
Public Health

L-ewwel 24 ERN tnedew fl-2017 u involvew aktar minn 900 unità ta’ kura tas-saħħa mill-aktar speċjalizzati minn aktar minn 300 sptar f’26 Stat Membru.

Għodda ta’ Tfittxija

L-għodda ta’ tfittxija tal-ERN tippreżenta informazzjoni dwar l-ERNs b’mod li din tista’ titfittex. Id-data kkonċernata tinkludi l-ismijiet u d-dettalji tal-ERN u l-ismijiet taċ-ċentri kliniċi tal-ERN. Tista’ tfittex l-informazzjoni minn perspettivi differenti:

  • Min hu membru ta’ ERN partikulari: agħżel l-ERN li inti interessat fih, u l-lista tal-membri tiegħu se tidher, kemm bħala lista kif ukoll bħala pinnijiet ġeoreferenzjati fuq il-mappa;
  • Liema ċentri kliniċi jipparteċipaw fl-ERNs f’pajjiż partikulari: agħżel pajjiż, jew ikteb direttament ismu, u l-mappa tidher bil-lokalizzazzjoni taċ-ċentri kliniċi li huma membri tal-ERNs;

Hemm żona ristretta disponibbli għall-utenti awtorizzati li bħalissa hi mmaniġġjata mill-Kummissjoni Ewropea.


search1.jpg

In-networks

Informazzjoni dwar in-networks hi mqassra fi skedi informattivi disponibbli fi 23 lingwa u n-Norveġiż.

ERN BONDIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-mard tal-għadam (Skeda informattiva - Sit web)
ERN CRANIOIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar l-anomaliji tal-kranju u tal-wiċċ u l-mard tal-widnejn, tal-imnieħer u tal-grieżem (ENT) (Skeda informattiva - Sit web)
Endo-ERNIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-kundizzjonijiet tal-endokrina (Skeda informattiva - Sit web)
ERN EpiCAREIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar l-epilepsijiet (Skeda informattiva - Sit web)
ERKNetIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-mard tal-kliewi (Skeda informattiva - Sit web)
ERN-RNDIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-mard newroloġiku (Skeda informattiva - Sit web)
ERNICAIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar l-anomaliji li jintirtu u konġenitali (Skeda informattiva - Sit web)
ERN LUNGIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-mard respiratorju (Skeda informattiva - Sit web)
ERN SkinIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-mard tal-ġilda (Skeda informattiva - Sit web)
ERN EURACANIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-kanċer tal-adulti (tumuri solidi) (Skeda informattiva - Sit web)
ERN EuroBloodNetIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-mard ematoloġiku (Skeda informattiva - Sit web)
ERN eUROGENIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-mard u l-kundizzjonijiet uroġenitali (Skeda informattiva - Sit web)
ERN EURO-NMDIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-mard newromuskulari (Skeda informattiva - Sit web)
ERN EYEIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-mard tal-għajnejn (Skeda informattiva - Sit web)
ERN GENTURISIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar is-sindromi ta’ riskju ta’ tumur ġenetiku (Skeda informattiva - Sit web)
ERN GUARD-HEARTIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-mard tal-qalb (Skeda informattiva - Sit web)
ERN ITHACAIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-malformazzjonijiet konġenitali u d-diżabbiltà intellettwali rari (Skeda informattiva - Sit web)
MetabERNIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-mard metaboliku ereditarju (Skeda informattiva - Sit web)
ERN PaedCanIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-kanċer pedjatriku (emato-onkoloġija) (Skeda informattiva - Sit web)
ERN RARE-LIVERIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-mard ematoloġiku (Skeda informattiva - Sit web)
ERN ReCONNETIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-mard tat-tessuti konnettivi u muskuloskeletali (Skeda informattiva - Sit web)
ERN RITAIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-mard tal-immunodefiċjenza, awtoinflammatorju u awtoimmuni (Skeda informattiva - Sit web)
ERN TRANSPLANT-CHILDIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar it-Trapjanti fit-Tfal (Skeda informattiva - Sit web)
VASCERNIn-Network Ewropew ta’ Referenza dwar il-Mard Vaskulari Multisistemiku Rari (Skeda informattiva - Sit web)