Is-saħħa mentali importanti
Is-saħħa u l-benesseri mentali huma essenzjali għall-kwalità tal-ħajja u jistħoqqilhom l-istess attenzjoni bħas-saħħa fiżika. Dawn jinfluwenzaw il-mod kif naħsbu, kif inħossuna u kif nirreaġixxu għall-isfidi tal-ħajja ta’ kuljum. Il-bidliet ġeopolitiċi, teknoloġiċi, ambjentali u soċjetali rapidi qed jaffettwaw ħilitna li nikkontrollaw l-istress tal-ħajja u kif ninvolvu ruħna mas-soċjetà.
Jekk inżidu l-isforzi biex inqajmu l-kuxjenza u l-fehim, ninfurzaw il-leġiżlazzjoni u nappoġġaw lil xulxin, nistgħu nsaħħu l-benesseri mentali fis-soċjetà kollha.
Permezz ta’ din il-kampanja, għandna l-għan li nqajmu l-kuxjenza dwar l-isfidi marbuta mas-saħħa mentali, nippromwovu prevenzjoni effettiva u appoġġ bikri, u nnaqqsu l-istigma sabiex kulħadd iħossu kapaċi jsemma’ leħnu u jfittex l-għajnuna meta din tkun meħtieġa.
Aħna #InThisTogether (naħdmu id f’id).

Il-protezzjoni tat-tfal u taż-żgħażagħ minn algoritmi, kontenut u mġiba ta’ ħsara hija responsabbiltà maqsuma.

Meta ngħaqqdu l-isforzi tagħna, nistgħu nnaqqsu l-istigma u d-diskriminazzjoni.
Ma jimpurtax jekk ma tħossokx dejjem tajjeb
Azzjoni tal-UE

L-approċċ komprensiv tal-UE lejn is-saħħa mentali jpoġġi s-saħħa mentali fuq l-istess livell tas-saħħa fiżika, bħala parti minn Unjoni Ewropea tas-Saħħa b’saħħitha.
Approċċ komprensiv tal-UE lejn is-saħħa mentali
