Mur għall-kontenut ewlieni
Public Health
Avviż tal-aħbarijiet25 Settembru 2015Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari1 min qari

Newsletter Saħħa-UE - Leġiżlazzjoni farmaċewtika

Il-pazjenti jeħtieġu aċċess rapidu, sigur, irħis u effettiv għal mediċini ta’ kwalità tajba. Issa niċċelebraw ħamsin sena tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika Ewropea mmirata lejn l-innovazzjoni terapewtika.

Din il-leġiżlazzjoni tipprovdi protezzjoni adegwata ta’ suġġetti ta’ prova klinika, kontroll effiċjenti tal-prodotti qabel u matul it-tqegħid fis-suq u t-tixrid ta’ informazzjoni oġġettiva għal użu aktar razzjonali. Tipprovdi wkoll inċentivi għall-iżvilupp ta’ mediċini orfni għal mard rari u mediċini speċifiċi għat-tfal.

Matul l-aħħar 20 sena, il-Kummissjoni Ewropea tat aktar minn elf awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali għall-użu innovattiv mill-bniedem u veterinarju. Il-mediċini l-oħra kollha jibbenefikaw minn sistema deċentralizzata għall-koordinazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet nazzjonali. Dan jimplika kooperazzjoni u fiduċja bejn ir-regolaturi u l-integrità min-naħa tal-partijiet k

Related Documents

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
25 Settembru 2015
Awtur
Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari