Mur għall-kontenut ewlieni
Public Health

Newsletter Saħħa-UE 237 - Fokus

Is-Sejħa ta’ Tartu għal Stil ta' Ħajja Tajjeb għas-Saħħa: fejn ninsabu sentejn wara?

Sentejn wara s-Sejħa ta’ Tartu għal Stil ta’ Ħajja Tajjeb għas-Saħħa, l-inizjattiva mnedija mill-Kummissarji Tibor Navracsics, Vytenis Andriukaitis u Phil Hogan sar progress sinifikanti fil-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa.

Il-Kummissarji Navracsics, Andriukaitis u Hogan japprezzaw il-ħidma kollha mwettqa b’mod konġunt matul dak il-perjodu u jilqgħu r-riżultati miksuba, b’mod partikolari:

- Ġie allokat aktar baġit għall-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa fil-livell tal-UE.

- Ġew organizzati kampanji mmirati ta’ sensibilizzazzjoni u attivitajiet għall-promozzjoni ta’ dieti tajbin għas-saħħa u tal-attività fiżika.

- Il-Kummissjoni Ewropea appoġġjat lill-Istati Membri tal-UE u lis-soċjetà ċivili billi ġabret u qasmet evidenza utli u implimentat l-aħjar prattiki rilevanti.

- Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikkooperaw b’mod attiv mal-Kummissjoni Ewropea biex jippromwovu stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa.

- Il-kooperazzjoni interna kompliet tissaħħaħ fost is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea.

Meta wieħed iqis li dan huwa biss l-ewwel pass u li jeħtieġ li jsir aktar xogħol biex tiġi indirizzata din l-isfida soċjetali importanti, il-Kummissarji Navracsics, Andriukaitis u Hogan isejħu lis-soċjetà ċivili u lill-Istati Membri tal-UE biex:

  1. Jagħmlu l-aħjar użu mill-finanzjament tal-UE disponibbli biex jitwettqu l-inizjattivi rilevanti, b’mod partikolari l-indirizzar tal-inugwaljanzi.
  2. Jużaw l-isport bħala għodda għall-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, jużaw il-potenzjal tal-clubs sportivi, l-isport mhux organizzat, kif ukoll strumenti ewlenin eżistenti bħall-Ġimgħa Ewropea tal-Isport.
  3. Jieħdu azzjonijiet ambizzjużi biex jippromwovu u jistabbilixxu dieti tajbin għas-saħħa fost iċ-ċittadini tal-UE biex jitnaqqsu l-obeżità u l-mard li ma jitteħidx. Iqajmu kuxjenza, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, dwar l-importanza ta’ dieti tajbin għas-saħħa u jagħmlu l-aħjar użu mill-iskema tal-UE ta’ frott, ħaxix u ħalib għall-iskejjel.
  4. Itejbu l-kooperazzjoni fis-setturi rilevanti inklużi s-saħħa, l-isport, l-edukazzjoni u s-settur agroalimentari, iżda wkoll ir-riċerka, it-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u l-ippjanar urban.
  5. Jippromwovu l-attività fiżika u d-dieti tajbin għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol, biex jinkiseb impatt pożittiv fuq l-imġiba ġenerali tal-impjegati.

Attivitajiet fil-livell tal-UE

In-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika

Il-Kummissjoni Ewropea – Saħħa u Sikurezza tal-Ikel

Portal tal-Aħjar Prattiki

Il-Kummissjoni Ewropea – Saħħa u Sikurezza tal-Ikel

L-Isport

Il-Kummissjoni Ewropea – Sport

L-iskema tal-frott, tal-ħaxix u tal-ħalib għall-iskejjel

Il-Kummissjoni Ewropea - Agrikoltura u Żvilupp Rurali

Aħbarijiet

Tliet Kummissarji jippreżentaw il-kisbiet tas-Sejħa ta’ Tartu għal Stil ta’ Ħajja Tajjeb għas-Saħħa fi Brussell fid-19 ta’ Ġunju

Il-Kummissarji Vytenis Andriukaitis (Saħħa u Sikurezza tal-Ikel) Tibor Navracsics (Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport) u Phil Hogan (Agrikoltura u Żvilupp Rurali) ippreżentaw ukoll ċertifikati lil 16-il organizzazzjoni li l-interventi tagħhom għaddew mill-valutazzjoni tal-Portal dwar l-Aħjar Prattiki tal-Kummissjoni.

Pjattaforma dwar in-Nutrizzjoni u l-Attività Fiżika fi Brussell fid-19 – 20 ta’ Ġunju 2019

Ġew ippreżentati l-aħjar prattiki lir-rappreżentanti tal-Istati Membri, li ltaqgħu mal-mexxejja tal-proġetti u ddiskutew kif il-proġetti jistgħu jiġu implimentati fil-pajjiżi tagħhom stess. Sib deskrizzjonijiet ta’ dawn il-prattiki fil-Portal tal-Aħjar Prattiki.

Għanijiet ċari, passi prattiċi biex jintlaħqu – is-Sejħa ta’ TARTU għal Stil ta’ Ħajja Tajjeb għas-Saħħa

Skopri x’kienu l-għanijiet tas-Sejħa ta’ Tartu u kif din tfasslet biex tilħaqhom f’dan il-fuljett ippubblikat meta tnediet is-Sejħa biex tħeġġeġ stili ta’ ħajja aktar tajbin għas-saħħa f’Settembru 2017.

Laqgħa formali tal-Grupp ta' Tmexxija dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa, il-Prevenzjoni tal-Mard u l-Ġestjoni tal-Mard li ma Jitteħidx

It-tielet laqgħa formali tal-Grupp ta’ Tmexxija kienet ospitata mid-DĠ Saħħa u Sikurezza tal-Ikel fis-7 ta’ Ġunju, u attendew għaliha r-rappreżentanti ta’ 25 Stat Membru u n-Norveġja.

L-UE kif tgħin lin-nies jieklu ikel aħjar għas-saħħa u jagħmlu aktar eżerċizzju fiżiku?

Il-Kummissjoni taħdem biex tgħin lill-Ewropej isibu għażliet ta’ ikel aktar tajjeb għas-saħħa fuq l-ixkafef tas-supermarkets, biex jitjiebu l-ikliet għat-tfal fl-iskejjel, u biex jinħolqu aktar opportunitajiet għall-attività fiżika fl-Ewropa kollha.

Il-promozzjoni ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa – liema interventi huma l-aktar effettivi?

F’dan ir-Rapport Speċjali ppubblikat f’nofs triq mis-Sejħa ta’ Tartu għal Stili ta’ Ħajja Tajbin għas-Saħħa, EURACTIV tanalizza l-isfidi eżistenti li jiffaċċjaw dawk li jfasslu l-politika fir-rigward ta’ stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa fl-UE, kif ukoll diversi inizjattivi li jvarjaw mir-riformulazzjoni tal-ikel sa azzjoni fil-livell tal-iskola.

Ikseb il-fatti dwar l-attività fiżika u l-imġiba sedentarja!

Din il-paġna web miċ-Ċentru tax-Xjenza tal-UE tiddefinixxi l-attività fiżika, tipprovdi informazzjoni dwar il-benefiċċji tagħha u tagħti wkoll rakkomandazzjonijiet dwar it-tip, it-tul ta’ żmien u l-intensità ta’ diversi attivitajiet.

Linji Gwida Dijetetiċi Bbażati fuq l-Ikel li għandek issegwi għal saħħa tajba

Il-Linji Gwida Dijetetiċi Bbażati fuq l-Ikel huma rakkomandazzjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza fil-forma ta’ linji gwida għall-ikel tajjeb għas-saħħa. Il-pajjiżi kollha tal-UE kif ukoll l-Iżvizzera, l-Iżlanda u n-Norveġja għandhom dawn il-linji gwida, li huma ppreżentati hawnhekk.

Qed tiekol biżżejjed frott u ħaxix kuljum?

Skont stħarriġ tal-Eurostat tal-popolazzjoni tal-UE fl-2017, persuna waħda biss minn kull erbgħa tiekol frott minn tal-inqas darbtejn kuljum. 37% oħra tal-popolazzjoni tal-UE jieklu frott darba kuljum u s-36% l-oħra jieklu frott b’inqas frekwenza jew xejn affattu, matul ġimgħa tipika.

Aktar minn kwart tal-Ewropej ma jagħmlux eżerċizzju fiżiku

Aktar minn kwart tal-Ewropej ma jipprattikaw ebda tip ta’ eżerċizzju barra l-ħinijiet tax-xogħol, skont l-aħħar ċifri mill-Eurostat.

Proġetti tal-Programm tas-Saħħa

EUPAP – Mudell Ewropew tal-Attività Fiżika bi Preskrizzjoni

Organizzazzjonijiet minn għaxar Stati Membri tal-UE ssieħbu f’dan il-proġett ta’ 3 snin biex jiffaċilitaw it-trasferiment tal-mudell tal-aħjar prattika Żvediż għall-attività fiżika bi preskrizzjoni.

In-Network Ewropew tal-Qalb – il-ġlieda kontra l-mard tal-qalb u l-puplesija

Wieħed mill-objettivi ewlenin ta’ dan il-proġett huwa l-prevenzjoni ta’ mard kardjovaskulari li jista’ jiġi evitat, u jiffoka b’mod qawwi fuq il-promozzjoni ta’ miżuri ta’ promozzjoni u prevenzjoni kosteffettivi li huma konformi, b’mod partikolari, mal-istrateġija tal-UE dwar id-dieta u n-nutrizzjoni.

STOP - Ix-Xjenza u t-Teknoloġija fil-Politika dwar l-Obeżità fit-Tfulija

Dan il-proġett iffinanzjat minn Orizzont 2020 biex tiġi indirizzata l-obeżità fit-tfal għandu l-għan li jespandi u jikkonsolida l-bażi ta’ evidenza multidixxiplinari li fuqha jistgħu jinbnew politiki effettivi u sostenibbli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-obeżità fit-tfal.

L-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Istudju tal-Obeżità – Proġett Spotlight

SPOTLIGHT huwa proġett ta’ riċerka transEwropew u jirrappreżenta l-prevenzjoni sostenibbli tal-obeżità permezz ta’ strateġiji integrati. Huwa ffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tas-seba’ programm qafas tagħha.

YOUNG50 #Stay Healthy – Il-Prevenzjoni ta’ Riskju Kardjovaskulari

Il-proġett YOUNG50 se jittrasferixxi l-proġett Taljan tal-aħjar prattika CARDIO50 għall-persuni ta’ 50 sena fil-Litwanja, ir-Rumanija u l-Lussemburgu.

Links interessanti oħrajn