Dan jinkludi tagħrif dwar:
- ingredjenti
- emissjonijiet
- dejta tossikoloġika.
L-għodda tal-IT li tipprovdi din l-informazzjoni tissejjaħ Punt tad-Dħul Komuni tal-UE (EU-CEG).
Prodotti oħrajn
F’xi pajjiżi tal-UE, l-EU-CEG jista' jintuża biex jipprovdi informazzjoni fuq prodotti oħra, bħal:
- Prodotti tat-tabakk innovattivi
- prodotti għat-tipjip erbali
- sigaretti elettroniċi bla nikotina.
Rekwiżiti ta' informazzjoni
L-informazzjoni li jeħtieġ jipprovdu l-manifatturi u l-importaturi tinsab f’2 deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni:
- prodotti tat-tabakk - deċiżjoni ta’ implimentazzjoni
- sigaretti elettroniċi u kontenituri ta’ rikarika - deċiżjoni ta’ implimentazzjoni
Dwar EU-CEG
EU-CEG hu mfassal biex inaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji u r-regolaturi u jagħmilha iktar faċli biex titqabbel id-dejta. Din l-għodda ġiet żviluppata mill-Kummissjoni Ewropea, b’ħidma id f'id mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati tal-industrija. Hi saret operazzjonali f’Mejju 2016.