Il-Ministeri tas-Saħħa fl-UE kollha huma mħeġġa jużaw l-analiżi u l-opinjonijiet mogħtija f’Health at a Glance: Europe, il-Profili tas-Saħħa tal-Pajjiżi, u r-Rapport ta’ Akkumpanjament biex jinfurmaw it-teħid ta’ deċiżjonijiet. Filwaqt li jittieħed kont ta’ dan, jistgħu jintalbu skambji volontarji mal-esperti responsabbli għat-twettiq tal-analiżi, biex ikun hemm input mill-għarfien espert tagħhom għal fehim aħjar tal-kwistjonijiet ikkonċernati, u jiġu żviluppati reazzjonijiet ta’ politika possibbli.
Fuq talba, l-iskambji volontarji huma primarjament organizzati minn esperti mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u l-European Observatory on Health Systems and Policies (Observatory) f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali tas-Saħħa rikjedenti. Dan jippermetti lil pajjiż individwali tal-UE, jew grupp żgħir ta’ pajjiżi tal-UE, li jesplora(w) kwistjonijiet ewlenin fil-Profil(i) tas-Saħħa tal-Pajjiż(i) rispettiv(i), ir-Rapport ta’ Akkumpanjament, u l-Health at a Glance: Europe.
L-iskambji volontarji huma mfassla biex
- jiffaċilitaw id-djalogu u l-iskambju
- jipprovdu fehim aħjar tal-kwistjonijiet sottostanti
- jixxerjaw l-aħjar prattiki
- jappoġġjaw azzjoni ta’ politika nazzjonali jekk ikun meħtieġ
L-ambitu, il-kontenut u l-format ta’ kull skambju volontarju huma mfassla għall-ħtiġijiet u l-preferenzi speċifiċi tal-pajjiż u jistgħu jsiru bħala seminar, sessjoni ta' ħidma, simpożju jew djalogu ta' politika.