Mur għall-kontenut ewlieni
Public Health

Indikaturi Bażiċi tas-Saħħa Ewropej (ECHI)

L-Indikaturi Bażiċi tas-Saħħa Ewropej (ECHI), li qabel kienu jissejħu l-Indikaturi tas-Saħħa tal-Komunità Ewropea, huma r-riżultat ta’ kooperazzjoni fuq żmien twil bejn il-pajjiżi tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea. Tliet proġetti tal-ECHI (1998-2001, 2001-2004, 2005-2008) iffinanzjati mill-Programmi tas-Saħħa tal-UE stabbilixxew l-ewwel listi ta’ indikaturi tal-ECHI, li għandhom l-għan li jipprovdu informazzjoni dwar is-saħħa komparabbli u sistema tal-għarfien għall-monitoraġġ tas-saħħa fil-livell tal-UE.

L-Azzjoni Konġunta dwar il-Monitoraġġ tal-Indikaturi tas-Saħħa tal-Komunità Ewropea (ECHIM) wasslet għal lista mqassra ta’ 88 indikatur tas-saħħa kklassifikati skont il-qasam ta’ politika, li ġew riveduti fl-2017 fil-proġett BRIDGE-Health (Bridging Information and Data Generation for Evidence-based Health Policy and Research). Hemm definizzjonijiet u mekkaniżmi għall-ġbir tad-data għal aktar minn 60 minn dawn l-indikaturi u fejn xieraq, id-data hi maqsuma skont is-sess, l-età, l-istatus soċjoeknomiku, u r-reġjun. L-ECHI huma miġbura taħt l-intestaturi li ġejjin:

Intestatura

Eżempji

Is-sitwazzjoni demografika u soċjoekonomika

Il-popolazzjoni, ir-rata tat-twelid, il-qgħad totali

L-istatus tas-saħħa

Il-mortalità infantili, l-HIV/AIDS, il-korrimenti f'inċidenti tat-traffiku

Id-determinanti tas-saħħa

Min ipejjep regolarment, il-konsum/id-disponibbiltà ta' frott

L-intervenzjonijiet tas-saħħa: is-servizzi tas-saħħa

It-tilqim tat-tfal, is-sodod fl-isptarijiet, in-nefqa għas-saħħa

L-intervenzjonijiet tas-saħħa: il-promozzjoni tas-saħħa

Il-politiki dwar in-nutrizzjoni tajba għas-saħħa

L-indikaturi jinsabu fil-qalba tal-kwistjonijiet ta’ politika u tas-settijiet tad-data. Huma jirriflettu interess ta’ politika kif ukoll sett magħżul ta’ possibilitajiet fit-termini ta’ dak li jista’ jiġi kkalkulat. Minħabba dan, il-Kummissjoni Ewropea tippreżenta wkoll indikaturi tas-saħħa Ewropej oħrajn li mhumiex parti mis-sistema tal-EHCI iżda li xorta huma utli għall-partijiet ikkonċernati fil-qasam tas-saħħa.

Għodda tad-data tal-ECHI

L-għodda tad-data tal-ECHI tipprovdi data kemm dwar l-indikaturi tal-ECHI kif ukoll dwar indikaturi tas-saħħa Ewropej oħrajn, li huma disponibbli f’formati differenti minn line charts għal bar charts, minn mapep għal tabelli. Tista’ tiġi kkonvertita fi stampa jew tiġi ddawnlowdjata bħala fajl tad-data. L-għodda tippermetti s-selezzjoni multipla ta’ indikaturi.

Referenzi

L-evalwazzjoni tal-użu u l-impatt tal-Indikaturi tas-Saħħa tal-Komunità Ewropea ECHI mill-Istati Membri (Awwissu 2013):