L-Infrastruttura ta’ Servizzi Diġitali tal-e-Saħħa (eHDSI) hi infrastruttura li tiżgura l-kontinwità tal-kura għaċ-ċittadini Ewropej waqt li jkunu qed jivvjaġġaw barra pajjiżhom fl-UE. B’hekk il-pajjiżi tal-UE jkollhom il-possibbiltà li jiskambjaw data dwar is-saħħa b’mod sigur, effiċjenti u interoperabbli. Iċ-ċittadini jistgħu faċilment jirrikonoxxu d-disponibbiltà tas-servizzi taħt il-marka “MyHealth @ EU”.

Dawn iż-żewġ servizzi tas-saħħa elettroniċi transfruntieri qed jiddaħħlu bħalissa fil-pajjiżi tal-UE kollha:
- L-e-Riċetta u l-e-Iddispensar (linji gwida tan-Network tal-e-Saħħa dwar l-e-Iddispensar, Noti tar-Rilaxx) jippermettu liċ-ċittadini tal-UE jiksbu l-medikazzjoni tagħhom fi spiżerija li tinsab f’pajjiż ieħor tal-UE, bis-saħħa tat-trasferiment online tar-riċetta elettronika tagħhom mill-pajjiż tar-residenza tagħhom fejn huma affiljati, lejn il-pajjiż fejn qed jivvjaġġaw.
- Is-Sommarji tal-Pazjenti (linji gwida tan-Network tal-e-Saħħa dwar is-Sommarju tal-Pazjent, Noti ta’ rilaxx) jipprovdu informazzjoni dwar aspetti importanti relatati mas-saħħa bħall-allerġiji, il-medikazzjoni kurrenti, mard preċedenti, operazzjonijiet, eċċ. Huma parti minn ġbir akbar ta’ data dwar is-saħħa msejħa Rekord tas-Saħħa elettroniku. Is-Sommarju tal-Pazjent diġitali hu maħsub biex jagħti informazzjoni essenzjali dwar il-pazjent lit-tobba bil-lingwa tagħhom meta pazjent jiġi minn pajjiż ieħor tal-UE u jista’ jkun hemm problema ta’ lingwa.
Fuq medda twila ta’ żmien, l-immaġnijiet mediċi, ir-riżultati tal-laboratorju u r-rapporti dwar il-ħruġ mill-isptar se jkunu disponibbli wkoll fl-UE kollha, bir-rekord sħiħ tas-saħħa li għandu jiġi segwit aktar tard. L-iskambju tal-e-Riċetti u tas-Sommarji tal-Pazjenti huwa miftuħ għall-pajjiżi kollha tal-UE.
Ħafna pajjiżi tal-UE/taż-ŻEE qed jimplementaw dawn is-servizzi.
Traduzzjonijiet tal-Avviżi ta’ Informazzjoni għall-Pazjenti (PINs) għal kull pajjiż
![]() L-Awstrija | ![]() L-Italja |
![]() Il-Belġju | ![]() Il-Latvja |
![]() Il-Bulgarija | ![]() Il-Litwanja |
![]() | ![]() |
![]() | ![]() |
![]() Iċ-Ċekja | ![]() |
![]() Id-Danimarka | ![]() In-Norveġja |
![]() | ![]() |
![]() | ![]() |
![]() | ![]() Ir-Rumanija |
![]() Il-Ġermanja | ![]() Is-Slovakkja |
![]() | ![]() Is-Slovenja |
![]() L-Ungerija | ![]() |
![]() L-Iżlanda | ![]() L-Iżvezja |
![]() L-Irlanda |
Liema servizzi huma disponibbli u f’liema pajjiżi?
Id-data dwar is-saħħa taċ-ċittadini mill-pajjiżi ta’ hawn taħt: | tista’ tiġi kkonsultata mit-tobba mill-pajjiżi ta’ hawn taħt, bl-użu tas-Sommarju tal-Pazjenti: |
Ir-Repubblika Ċeka | Il-Lussemburgu, il-Kroazja, il-Portugall, Franza, in-Netherlands |
Malta | Il-Lussemburgu, il-Portugall, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, Franza, in-Netherlands, Spanja |
Il-Portugall | Malta, il-Kroazja, il-Lussemburgu, Franza, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Estonja, in-Netherlands |
Il-Kroazja | Malta, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, il-Lussemburgu, Franza, Spanja |
Spanja | Il-Portugall, Franza, il-Kroazja, il-Lussemburgu, Malta |
Il-Lussemburgu | Franza, in-Netherlands, Spanja, il-Portugall |
L-Estonja | Il-Portugall, Franza, il-Lussemburgu, in-Netherlands |
It-tobba mill-pajjiżi t’hawn taħt: | għandhom aċċess għad-data dwar is-saħħa ta’ ċittadini li ġejjin minn: |
Il-Kroazja | Ir-Repubblika Ċeka, Malta, il-Portugall, Spanja |
Il-Lussemburgu | Ir-Repubblika Ċeka, Malta, il-Portugall, il-Kroazja, l-Estonja |
Malta | Il-Portugall, il-Kroazja, Spanja |
Il-Portugall (siti web tal-SNS u tal-SPMS) | Malta, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Estonja, il-Lussemburgu |
Ir-Repubblika Ċeka | Il-Kroazja, Malta, il-Portugall |
Franza | Ir-Repubblika Ċeka, Malta, il-Portugall, il-Kroazja, Spanja, il-Lussemburgu, l-Estonja |
Spanja | Il-Portugall, il-Kroazja, il-Lussemburgu, Malta |
In-Netherlands | Ir-Repubblika Ċeka, il-Portugall, il-Lussemburgu, Malta, l-Estonja |
L-Estonja | Il-Portugall |
L-e-Riċetti taċ-ċittadini mill-pajjiżi ta’ hawn taħt: | jistgħu jittieħdu mill-ispiżeriji fi: |
Il-Kroazja | Il-Finlandja, l-Estonja, il-Portugall, Spanja |
L-Estonja | Il-Finlandja, il-Kroazja, il-Portugall, il-Polonja |
Il-Finlandja | L-Estonja, il-Kroazja, il-Portugall, il-Polonja, Spanja |
Il-Portugall (siti web tal-SNS u tal-SPMS) | L-Estonja, il-Finlandja, il-Kroazja, Spanja, il-Polonja |
Spanja | Il-Portugall, il-Kroazja, il-Polonja, il-Finlandja |
Il-Polonja | Il-Kroazja, Spanja, il-Finlandja |
L-ispiżjara tal-pajjiżi t’hawn taħt: | jistgħu jagħtu l-mediċina fuq e-Riċetti ppreżentati miċ-ċittadini minn: |
Il-Kroazja | Il-Finlandja, l-Estonja, il-Portugall, Spanja, il-Polonja |
L-Estonja | Il-Finlandja, il-Kroazja, il-Portugall |
Il-Finlandja | L-Estonja, il-Portugall, il-Kroazja, il-Polonja, Spanja |
Il-Portugall | Il-Finlandja, il-Kroazja, l-Estonja, Spanja |
Spanja | Il-Portugall, il-Kroazja, il-Polonja, il-Finlandja |
Il-Polonja | L-Estonja, il-Portugall, Spanja, il-Finlandja |
Governanza u finanzjament
L-Infrastruttura ta’ Servizzi Diġitali tal-e-Saħħa (eHDSI) tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta’ data dwar is-saħħa inklużi s-sommarji tal-pazjenti u l-e-riċetti. Permezz ta’ “servizzi ewlenin”, il-Kummissjoni Ewropea qed tipprovdi bażi komuni tal-infrastruttura tal-ICT u servizzi trasversali (terminoloġija, interoperabbiltà eċċ.) lill-pajjiżi tal-UE. Imbagħad huma jistgħu jistabbilixxu “servizzi ġeneriċi” biex jikkonnettjaw sistemi tal-e-Saħħa nazzjonali permezz ta’ “Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-e-Saħħa (NCPeH)”, b’assistenza finanzjarja mill-Programm Telecom tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (2015-2020) u mill-Programm L-UE għas-Saħħa (2021-2027).
Il-Grupp ta’ Esperti tad-DSI tal-e-Saħħa tal-pajjiżi tal-UE (eHMSEG) hu magħmul minn managers responsabbli għall-implimentazzjoni tal-NCPeH, u nnominati mill-pajjiżi parteċipanti. Il-membri jipparteċipaw fl-implimentazzjoni u fl-operazzjoni ta’ infrastruttura transfruntiera tal-e-Saħħa u huma responsabbli biex jistabbilixxu Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali għall-e-Saħħa.
Il-Bord tal-Management Operazzjonali tal-e-Saħħa (eHOMB) hu magħmul minn rappreżentanti ta’ servizzi interni tal-Kummissjoni Ewropea u mill-Presidenti tal-eHMSEG. Hu jissorvelja l-għoti ta’ servizzi, u jieħu deċiżjonijiet tattiċi u operazzjonali dwar l-eHDSI.
Materjali ta’ komunikazzjoni
- Fuljett “MyHealth@EU” indirizzat lill-pazjenti u lill-professjonisti tas-saħħa
- Mistoqsija u Tweġiba ta’ “MyHealth@EU”
- Mistoqsija u Tweġiba dwar ir-rimborż tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa transfruntiera fl-UE
Informazzjoni relatata
- Direttiva dwar il-kura tas-saħħa transfruntiera
- Finanzjament tal-eHDSI: Telecom FNE, L-UE għas-Saħħa
- Preżentazzjoni ta’ riċetta tat-tabib barra pajjiżek (L-Ewropa Tiegħek)
- FAQ dwar il-preżentazzjoni ta’ riċetta tat-tabib barra pajjiżek (L-Ewropa Tiegħek)
- Katalgu tar-Rekwiżiti tal-eHDSI
- Speċifikazzjonijiet tal-interoperabbiltà tal-eHDSI