Ir-ritorn lejn l-iskola x’aktarx hu differenti, iżda l-impenn tal-UE li tagħti bidu b’saħħtu lit-tfal baqa’ l-istess
Il-bidu tas-sena skolastika 2020-2021 huwa differenti mis-snin ta’ qabel, peress li l-COVID-19 għadha teħtieġ xi restrizzjonijiet u l-awtoritajiet lokali huma lesti jirreaġixxu f’każ ta’ tifqigħat. Iżda ħaġa waħda ma nbidlitx - l-impenn tal-UE li tagħti bidu b’saħħtu lit-tfal tal-iskola fil-ħajja. Staqsejna lid-Direttur tas-Saħħa Pubblika tal-Kummissjoni John F. Ryan dwar diversi attivitajiet li għandhom rilevanza partikolari hekk kif bdiet is-sena akkademika l-ġdida: il-Premju tas-Saħħa tal-UE, l-Iskema tal-Frott u l-Ħxejjex u l-Jum tal-Isport tal-UE.
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE għall-2020 kif inhu ta’ benefiċċju għat-tfal?
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE 2020 hu ta’ benefiċċju għat-tfal tal-iskola billi jippremja u jaqsam inizjattivi mfassla biex jipproteġu u jagħtu spinta lil saħħithom b’żewġ modi differenti – billi jippromwovi stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa u billi jippromwovi t-tilqim fit-tfal ta’ bejn 6 u 18-il sena. It-tnejn huma vitali għas-saħħa tat-tfal, u l-Premju tas-Saħħa jgħin biex jiżdied l-għarfìen u jinkuraġixxi impenn ikbar.
Barra minn hekk, l-iskejjel huma eliġibbli biex jikkompetu għal dawn iż-żewġ premjijiet, li joffru premjijiet ġenerużi biex jgħinuhom ikomplu l-ħidma tagħhom fil-promozzjoni tas-saħħa. Il-kategorija ta’ stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa hi miftuħa għall-ibliet ukoll, u l-kategorija tat-tilqim hi miftuħa għall-NGOs u l-kindergartens kif ukoll għall-iskejjel. Għad hemm żmien biex wieħed jieħu sehem - l-iskadenza għas-sottomissjonijiet hija s-16 ta’ Settembru 2020.
Il-Premju tas-Saħħa tal-UE jżid ukoll l-għarfien dwar ir-rwol vitali li l-iskejjel, il-kindergartens, l-ibliet u l-NGOs għandhom fil-promozzjoni tas-saħħa pubblika, u l-inizjattivi sottomessi għall-premju jintwerew bħala prattiki tajbin li jistgħu jiġu adattati għall-użu xi mkien ieħor jew biex iservu ta’ ispirazzjoni.
X’inhi l-iskema tal-Frott u l-Ħxejjex tal-UE?
L-UE qed tinvesti €250 miljun għal kull sena skolastika sal-2023 għal din l-inizjattiva li tqassam frott u ħxejjex friski, ħalib u ċerti prodotti tal-ħalib bla ħlas lit-tfal tal-iskola. L-iskema tiffinanzja wkoll l-edukazzjoni barra mill-klassi tal-iskola, bħal vjaġġi lejn irziezet lokali, ġonna tal-iskola, workshops tat-tisjir, jiem tematiċi u logħob.
Billi jaraw minn fejn jiġi l-ikel u kif wieħed iħejji u jgawdi ikliet tajbin għas-saħħa, it-tfal jadottaw drawwiet tajbin għas-saħħa. Din hija ħaġa importanti li wieħed jitgħallem, id-dar u l-iskola. Dieta tajba għas-saħħa u biżżejjed eżerċizzju fiżiku huma fost it-12-il mod kif nistgħu nnaqqsu r-riskju tal-kanċer, kif deskritt fil-Kodiċi Ewropew tal-Kanċer.
Il-Jum tal-Isport fl-Iskejjel Ewropej se jsir din is-sena?
Is-sitt Jum tal-Isport fl-Iskejjel Ewropej se jsir fil-25 ta’ Settembru 2020, minkejja l-isfidi ppreżentati mill-COVID-19. Hu iktar importanti minn qatt qabel li titħeġġeġ l-attività fiżika għaliex il-pandemija kellha impatt fuq il-benessri emozzjonali u soċjali tat-tfal, u l-attività fiżika tista’ tgħin biex jitwarrbu l-ansjetà u d-dipressjoni kif ukoll iżżomm lill-istudenti fiżikament b'saħħithom.
Din is-sena, l-iskejjel huma mistiedna juru kif qed jadattaw l-attivitajiet tagħhom billi jippjanaw avvenimenti offline u online, jew taħlita tat-tnejn li huma, filwaqt li josservaw il-linji gwida nazzjonali. Is-sessjonijiet online tal-edukazzjoni fiżika se jixxandru fl-Ewropa kollha u l-iskejjel jistgħu wkoll itellgħu l-videos tagħhom fis-sit web uffiċjali (Ara s-Sett ta’ Għodod u l-Manwal tal-Komunikazzjonijiet tal-Jum tal-Isport fl-Iskejjel Ewropej, online).
Il-Jum tal-Isport fl-Iskejjel Ewropej hu kofinanzjat mill-programm Erasmus + tal-Kummissjoni u huwa parti mill-Ġimgħa Ewropea tal-Isport #BeActive. Is-sena l-oħra, 9000 skola f’44 pajjiż għenu lil 3 miljun tifel u tifla biex dakinhar ikunu fiżikament attivi għal sagħtejn sħaħ. Iżda hija t-tama tagħna li l-inkoraġġiment biex it-tfal ikunu aktar attivi fiżikament ma jitqiesx biss bħala sfida ta’ darba f’sena, iżda bħala għan ta’ kuljum.
Attivitajiet fil-livell tal-UE
In-nutrizzjoni u l-attività fiżika Il-Kummissjoni Ewropea – Is-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari |
Il-Kummissjoni Ewropea – Is-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari |
Il-Pjattaforma tal-Politika tas-Saħħa tal-UE Il-Kummissjoni Ewropea – Is-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari |
Il-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali għall-Edukaturi (DigCompEdu) ll-Kummissjoni Ewropea – Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka |
Il-Portal tal-Għarfien għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard ll-Kummissjoni Ewropea – Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka |
Aħbarijiet
L-NGOs, l-iskejjel u l-kindergartens li qed jaraw kif jippromwovu t-tilqim fit-tfal (bejn 0 u 18-il sena) huma eliġibbli biex jissottomettu l-inizjattivi tagħhom. B’dan il-premju, il-Kummissjoni qed tappoġġja t-tilqim, li d-WHO tistma li jsalva bejn 2 u 3 miljun ħajja kull sena. |
L-iskejjel u l-ibliet b’inizjattivi li jippromwovu stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa għat-tfal (minn 6 sa 18-il sena) huma eliġibbli. L-ikel tajjeb għas-saħħa u l-attività fiżika minn età żgħira huma essenzjali biex jiġi żgurat stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa permanenti iktar tard fil-ħajja. |
Online u fl-iskejjel - Il-Jum tal-Isport fl-Iskejjel Ewropej se jsir fil-25 ta’ Settembru! Iffinanzjat permezz tal-Programm Erasmus + tal-UE, din l-inizjattiva ssejjaħ lill-iskejjel biex iħeġġu lill-istudenti tagħhom ikunu attivi għal mill-inqas 120 minuta fil-Jum tal-Isport. Waħda mill-isfidi hi li jiġru jew jimxu 2020 metru fl-2020, iżda kwalunkwe tip ta’ attività fiżika tgħodd, bħall-mixi, il-qbiż jew iż-żfin! |
Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport 23 – 30 ta’ Settembru 2020 tiffoka fuq is-saħħa mentali u fiżika Il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport li ssir kull sena tħeġġeġ lin-nies biex jadottaw stil ta’ ħajja attiv permezz ta’ varjetà ta’ modi – ħafna minnhom issa huma aktar kreattivi u aċċessibbli online. Tul il-pandemija, l-isport ipprovda mod kif inżommu l-benessri fiżiku u mentali. |
L-isport u l-attività fiżika jtejbu s-saħħa fiżika u mentali u l-benessri ġenerali wkoll. Il-Kummissjoni stiednet lin-nies biex juru lill-oħrajn kif kienu qed iżommu ruħhom b’saħħithom matul il-kriżi tal-coronavirus – biex jgħinu lin-nies fl-Ewropa u lil hinn minnha biex ikunu attivi f’darhom permezz ta’ #BeActiveAtHome! |
Kun af aktar fuq l-inizjattivi tal-Kummissjoni dwar in-nutrizzjoni u l-attività fiżika Il-Kummissjoni taħdem biex tnaqqas il-kummerċjalizzazzjoni aggressiva ta’ ikel irmixk lit-tfal, biex tinkuraġġixxi r-riformulazzjoni tal-ikel biex jitnaqqas il-kontenut taz-zokkor, tax-xaħam u tal-melħ, biex tipprovdi frott u ħxejjex friski lit-tfal tal-iskola u biex tagħmilha faċli li t-tfal ikunu fiżikament attivi fl-iskola u fil-komunità. |
Ara l-iskeda informattiva dwar l-Iskema tal-Iskejjel tal-UE: Frott, Ħxejjex u Ħalib |
Il-Kummissjoni Ewropea se tadotta Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali Il-pjan ta’ azzjoni l-ġdid se japplika t-tagħlimiet meħuda mill-kriżi tal-COVID-19 u se jistabbilixxi viżjoni fit-tul għat-trasformazzjoni diġitali tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE. |
Il-qafas ta’ referenza ġenerali DigCompEdu jimmira lejn l-edukaturi fil-livelli kollha, mill-edukazzjoni preprimarja sa dik vokazzjonali u tal-adulti. Jidentifika l-kompetenzi li l-għalliema għandhom jiksbu biex jużaw bis-sħiħ it-teknoloġiji diġitali għat-tagħlim, l-apprendiment u l-valutazzjoni. |
L-għodda SELFIE (Awtoriflessjoni dwar l-Apprendiment Effettiv bit-Trawwim tal-Innovazzjoni permezz ta’ Teknoloġiji Edukattivi) hija bla ħlas, faċli biex tintuża u tista’ tiġi personalizzata. Hi maħsuba biex tgħin lill-iskejjel jinkorporaw teknoloġiji diġitali fit-tagħlim, fl-apprendiment u fil-valutazzjoni tal-istudenti. |
Il-JRC jirrapporta dwar l-impatt probabbli tal-COVID-19 fuq l-edukazzjoni Ir-rapport jenfasizza d-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-iskejjel u l-istudenti matul dan il-perjodu, u jirrakkomanda li l-iskejjel iħejju għal metodi ta’ tagħlim alternattivi, inkluż it-tagħlim online. |
Ir-rapport miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni jkompli jenfasizza l-ħtieġa għal azzjonijiet immirati biex jgħinu lit-tfal żvantaġġati jlaħħqu mal-oħrajn. |
Id-data mill-Programm Konġunt ta’ Monitoraġġ tad-WHO/UNICEF turi li 43% tal-iskejjel fid-dinja kollha ma kellhomx aċċess għall-ħasil tal-idejn bażiku bis-sapun u l-ilma fl-2019 – kundizzjoni ewlenija biex ikunu jistgħu joperaw b’mod sikur matul il-pandemija. |
ECDC: il-COVID-19 fit-tfal u r-rwol tal-ambjenti tal-iskola fit-trażmissjoni tal-COVID-19 Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard jagħti ħarsa ġenerali lejn l-epidemjoloġija u l-karatteristiċi tal-marda tal-COVID-19 fit-tfal (0-18-il sena) fil-pajjiżi tal-UE/taż-ŻEE u r-Renju Unit, u jivvaluta r-rwol tal-ambjenti tal-kura tat-tfal fit-trażmissjoni tal-COVID-19. |
Proġetti tal-Programm tas-Saħħa
Obtains E2: Taħriġ dwar l-Obeżità u Servizzi ta’ Informazzjoni fl-Ewropa - fażi 2 OBTAINS-E2 jappoġġja l-aċċess għall-aħjar prattiki fir-rigward tas-servizzi għall-ġestjoni tal-piż u jagħmel ħiltu biex jipprovdi informazzjoni affidabbli għal kulħadd, b’fokus speċjali fuq it-tnaqqis tal-inugwaljanzi u l-iżvilupp ta’ politiki li jindirizzaw l-obeżità fir-reġjun kollu. |
Links interessanti oħrajn
STOP - Ix-Xjenza u t-Teknoloġija fil-Politika dwar l-Obeżità fit-Tfulija |
Il-Kummissjoni Ewropea: Ktieb tar-riċetti ta’ ikel għall-iskola |
Kummerċjalizzazzjoni ta’ ikel u xorb mhux alkoħoliku lit-tfal u l-adolexxenti |