Il-kanċer huwa wieħed mill-prijoritajiet ewlenin tal-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tas-saħħa. Il-linji gwida politiċi tal-President von der Leyen jirreferu għal “pjan Ewropew għall-ġlieda kontra l-kanċer, għall-appoġġ tal-Istati Membri fit-titjib tal-kontroll u l-kura tal-kanċer” biex titnaqqas it-tbatija kkawżata minn din il-marda u biex l-Ewropa tkun minn ta’ quddiem fil-ġlieda kontra l-kanċer.
Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer
L-ittra ta’ missjoni lill-Kummissarju għas-Saħħa, Stella Kyriakides tiddefinixxi l-bżonn tal-appoġġ lill-pajjiżi tal-UE fil-ħidma tagħhom dwar il-prevenzjoni tal-kanċer sal-kura.
Il-Pjan Ewropew biex Jingħeleb il-Kanċer, ippreżentat fi Frar 2021, huwa r-rispons tal-UE għall-isfidi dejjem jikbru u l-iżviluppi fil-kontroll tal-kanċer u jirrappreżenta impenn politiku biex isir kull sforz fil-ġlieda kontra l-kanċer.
Imsejjes madwar 10 inizjattivi ewlenin, u diversi azzjonijiet ta’ appoġġ, dan jifforma parti mill-proposti tal-Kummissjoni għal Unjoni Ewropea tas-Saħħa b’saħħitha bil-ħsieb li tiġi żgurata UE aktar sikura, imħejjija aħjar u aktar reżiljenti.
Il-Pjan Ewropew biex Jingħeleb il-Kanċer jappoġġja x-xogħol tal-Istati Membri fil-prevenzjoni tal-kanċer u fl-iżgurar ta kwalità għolja tal-ħajja għall-pazjenti tal-kanċer, is-superstiti, il-familji tagħhom u dawk li jieħdu ħsiebhom u hu strutturat madwar numru ta’ oqsma ewlenin fejn l-UE tista’ żżid l-akbar valur:
- il-prevenzjoni
- is-sejbien bikri
- id-dijanjożi u t-trattament
- il-kwalità tal-ħajja għall-pazjenti u s-superstiti tal-kanċer
Inizjattivi ewlenin
- Prevenzjoni:
- Sejbien bikri:
- Dijanjożi u Trattament:
- Kwalità tal-ħajja għall-pazjenti u s-superstiti tal-kanċer:
- Anqas inugwaljanzi:
- Kanċer tat-tfal/Pedjatriku:
- Riċerka u innovazzjoni, mediċina diġitali u personalizzata:
Hemm rabta bejn il-Pjan tal-Kanċer u l-prijoritajiet tal-Kummissjoni, partikolarment, l-Istrateġija Farmaċewtika għall-Ewropa u l-Istrateġija tal-UE mill-Għalqa sal-Platt kif ukoll l-Ispazju Komuni Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa. Il-kanċer huwa wieħed mill-missjonijiet Ewropej ta’ riċerka u innovazzjoni u parti minn Orizzont Ewropa.
Taħt il-Grupp ta’ Esperti dwar is-Saħħa Pubblika, tnieda Sottogrupp dwar il-Kanċer, kopresedut mad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Il-programm l-UE għas-Saħħa (2021-2027), se jipprovdi appoġġ finanzjarju u tekniku lill-Istati Membri biex jgħinhom fl-isforzi biex isaħħu s-sistemi tas-saħħa.
Kanċer: data u statistika
Il-kanċer huwa t-tieni kawża ewlenija ta’ mwiet fil-pajjiżi tal-UE wara l-mard kardjovaskulari. Kull sena, 2.6 miljun ruħ jiġu dijanjostikati bil-marda u toqtol 1.2 miljun ruħ oħra.
Meta tqis li l-Ewropa għandha kwart tal-każijiet tal-kanċer kollha u anqas minn 10% tal-popolazzjoni tad-dinja, hu evidenti li l-kanċer huwa theddida enormi għas-soċjetà tagħna. L-impatt ekonomiku ġenerali tal-kanċer fl-Ewropa hu €100 biljun kull sena.
Skont ir-rapporti tal-Istat tas-Saħħa fl-UE, il-kanċer huwa wieħed mill-kontributuri ewlenin għall-imwiet prematuri fl-UE. Għandu impatt mhux biss fuq is-saħħa individwali, iżda għandu wkoll impatt konsiderevoli soċjali u ekonomiku
Din il-marda titfa’ pressjoni fuq is-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa u l-protezzjoni soċjali, il-baġits tal-gvernijiet u taffettwa l-produttività u t-tkabbir tal-ekonomija. Għalhekk, għandna bżonn sistemi tas-saħħa aktar reżiljenti. B’mod partikolari, biex jiġu appoġġjati l-Istati Membri li huma l-aktar fil-bżonn ta’ tfassil ta’ politika bbażata fuq l-evidenza, biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha tal-UE jkollhom aċċess ugwali għall-prevenzjoni tal-kanċer ta’ kwalità għolja, dijanjostika, trattament u kura ta' segwitu ta’ kwalità għolja.
L-evidenza turi li 40% tal-każijiet ta’ kanċer jistgħu jiġu evitati jekk aħna nimplimentaw dak li diġà nafu. Madankollu, bħalissa 3% biss tal-baġits tas-saħħa qed jintefqu fuq il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard. Għalhekk, l-iskop għall-azzjoni hija immensa.
Azzjoni dwar il-prevenzjoni tal-kanċer isservi wkoll fil-ġlieda kontra l-obeżità u l-mard mhux komunikabbli bħalma huwa l-mard kardjovaskulari u d-dijabete, peress li jaqsmu fatturi ta’ riskju komuni.
Qafas tal-politika
- Pjan Ewropew biex Jingħeleb il-Kanċer - Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill - SWD (2021) 13 - Verżjonijiet lingwistiċi fuq il-Eur-Lex
- Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Iskrinjar tal-Kanċer fl-UE
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-Tnaqqis tal-Piż tal-Kanċer
- Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Ġlieda kontra l-Kanċer fl-Unjoni Ewropea Mkabbra
- Il-Kodiċi Ewropew kontra l-Kanċer
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-Iskrinjar tal-Kanċer fl-Unjoni Ewropea
- Linji gwida Ewropej għall-assigurazzjoni tal-kwalità fl-iskrinjar tal-kanċer tas-sider, kolorettali u dak ċervikali
Inizjattivi tal-UE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kanċer
Il-kanċer huwa kwistjoni ewlenija tas-saħħa u għalhekk l-UE, appoġġjata mill-Artikolu 168 tat-TFUE, għandha l-kompetenza li tappoġġja, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri għall-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem.
Il-Kummissjoni Ewropea ilha mill-1985 taħdem fuq il-kanċer mal-pajjiżi tal-UE u mas-soċjetà ċivili, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer.
Inizjattivi kkoordinati miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni fil-qasam tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-kanċer jinkludu:
- Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar il-Kanċer (ECIS)
- Network Ewropew tar-Reġistri tal-Kanċer (ENCR)
- Inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea għall-Kanċer tas-Sider (ECIBC)
Il-finanzjament tal-Programm tas-Saħħa jikkontribwixxi għan-Networks Ewropej ta’ Referenza dwar il-kanċer kif ukoll azzjonijiet konġunti dwar:
- Sħubija Ewropea (EPAAC)
- Kontroll Komprensiv tal-Kanċer (CANCON)
- Kanċer rari (JARC)
- Sħubija Innovattiva għal Azzjoni Kontra l-Kanċer (iPAAC)
Informazzjoni relatata
- Skrinjar tal-kanċer - Titjib tal-prevenzjoni tal-kanċer fl-UE kollha
- Kura tas-saħħa u kura fit-tul
- Sħubija Ewropea għal Azzjoni Kontra l-Kanċer
- Spinta lill-Innovazzjoni u l-Kooperazzjoni fil-Kontroll Ewropew tal-Kanċer
- Gwida Ewropea dwar it-Titjib tal-Kwalità fil-Kontroll Komprensiv tal-Kanċer
- Grupp ta’ Esperti dwar il-kontroll tal-kanċer
- Pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni kontra l-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim
- Eurostat : Statistika dwar il-kanċer